"Ix-Xark Malti" Campus FM |
||||||||||||||||||||
Adrian Grima jiddiskuti l-metafora fil-letteratura l-ġdida u l-ħila tagħha li tiddeskrivi r-realtà mill-ġdid.
Kull nhar ta' Tlieta fis-7pm b'ripetizzjoni kull nhar ta' Hamis fil-11.00am
fuq 103.7 FM |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
F'din is-sensiela bl-isem ta' "Ix-Xark Malti" nanalizza wħud mill-metafori fil-letteratura l-ġdida li qed tinkiteb f’Malta. Ix-xogħlijiet li se nittratta f’din is-sensiela huma ta’ Clare Azzopardi, Stanley Borg, Norbert Bugeja, Glen Calleja, Bernard Cauchi, Claudia Fiorini, Maria Grech Ganado, Henry Holland, Simone Inguanez, Caldon Mercieca, Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Karl Schembri, Ġużè Stagno, u Leslie Vassallo.
Inħeġġiġkom ukoll biex tidħlu fil-website ta’ dan l-istazzjon, http://www.campusfm.um.edu.mt biex tisimgħu l-programm tagħna live jew biex taraw l-iskeda tal-programmi. Biex tibagħtu l-kummenti tagħkom bl-email iktbu lil campusfm@um.edu.mt.
Il-Qari tax-xogħlijiet matul din is-sensiela se jsir minn Ray Calleja u Marcelle Teuma.
L-isem “Ix-Xark Malti” ħadtu minn waħda mis-siltiet li se niddiskuti f’din is-sensiela, silta meħuda minn novella ta’ Karl Schembri bl-isem ta’ “It-Torri tal-Kummerċ”. Din in-novella ġiet ippubblikata fil-ġabra Taħt il-Kappa tax-Xemx (2002) ippubblikata mill-Minima fl-2002.
Hassan Erraji twieled ġewwa Tazart, raħal qrib Marrakesh, fin-Nofsinhar tal-Marokk. Wera interess kbir fil-mużika minn mindu kien għadu tfajjel. Fir-raħal tiegħu kien jieħu sehem fid-daqq tal-mużika improvizzata fit-tiġijiet, iċ-ċerimonji u ċ-ċelebrazzjonijiet. B’dan il-mod tgħallem u żviluppa t-teknika tiegħu fid-daqq ta’ wieħed mill-istrumenti favoriti tiegħu, il-“bandir”, li huwa tanbur, qisu snare drum li jinżamm fl-idejn, u jintuża ħafna fil-mużika folkloristika ta’ l-Afrika ta’ Fuq.
Meta kien imur l-iskola ġewwa Marrakech tgħallem id-darbouka u l-oud mingħand il-mużiċisti tal-post u ftit wara beda jdoqq dawn l-istrumenti fit-tiġijiet, fil-festi nazzjonali u fl-iskejjel. Wara daħal jistudja l-oud u l-mkużika Għarbija in ġenerali fil-Konservatorju Muniċipali ta’ Casablanca taħt id-direzzjoni tal-Professur Ahmed Shawqi. Fl-1968 Hassan Erraji telaq mill-Marokk u mar jistudja l-mużika klassika tal-Punent u l-vjolin, il-klarinett u l-pjanu fi Bruxelles. Illum il-ġurnata Hassan Erraji stabbilixxa ruħu bħala daqqâq mill-aqwa ta’ l-oud (l-istrument tal-korda ewlieni tal-mużika Għarbija, qisu kitarra biex niftiehmu), il-bandir, in-nay (flawt tal-qasab li jindaqq ħafna fil-mużika Għarbija) u d-darbouka u bħala kantant tradizzjonali mill-aqwa. Jekk tfittxu fuqu fuq l-internet għandkom issibu ħafna riferenzi għalih u għax-xogħol tiegħu.
Għalkemm ħafna mix-xogħlijiet fl-album “Marhaba” għandhom l-għeruq tagħhom imqabbdin sew fit-tradizzjonijiet Għarab, is-silta “Trance Beat” li tiftaħ dan il-programm hija mnebbħa mit-tradizzjoni tal-poplu tal-Gnaoua, poplu mill-Punent ta’ l-Afrika li ttieħed il-Marokk bħala lsir. Fi “Trance Beat” ir-ritmu “ipnotiku”, kif isejjaħlu Keith Hudson, jinbidel ftit, imma iktar minn darba, u jindaqqu żewġ darbouki u bandir.
Ix-xogħlijiet li se jiġu diskussi fis-sensiela: |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
![]() |
||||||||||||||||||||
adrian@maltaforum.org | ||||||||||||||||||||