Merhba


Merhba fil-Website tal-M.U.S.E.U.M. Nadur (Subien).

Ritratt tal-faccata tal-M.U.S.E.U.M. Nadur

L-iskop ta' dan il-website huwa li jwassal taghrif siewi dwar il-hidma tal-membri u z-zghazagh u biex iwassal bosta stediniet fuq attivitajiet li jkun hemm minn zmien ghal zmien.




 

Ahbarijiet mill-M.U.S.E.U.M.:

Data

A h b a r i j i e t

25-03-03
Football Tournament fil-Museum
Il-Hadd 23 ta' Marzu sar football tournament fil-ground tal-Museum. Hawn jidhru xi ritratti tal-loghob tal-football bejn it-timijiet tat-tfal li jattendu l-qasam taghna.


Quddiesa fil-Kappella
Il-Hamis li ghadda 20 ta' Marzu saret il-Quddiesa ta' kull xahar fil-qasam. F'din il-quddiesa zzanznet ic-cinta l-gdida li fuqha kien ghaddej ix-xoghol f'dawn l-ahhar gimghat. Il-Quddiesa tqaddset minn Mons. Salv Grima u bhal kull xahar ppartecipa il-kor tal-Qasam.

Hawn jidhru aktar ritratti tac-cinta l-gdida li saret mad-dawra tan-naha tal l-artal li thallset kollha mill-Benefatturi.


Xoghol jitkompla fuq ic-Cena.
B'anqas minn tliet gimghat sabiex tinfetah, ix-xoghol marbut mac-cena baqa' ghaddej b'ritmu mghaggel, kif jistghu jixhdu dawn ir-ritratti. Din is-sena il-binja ta' l'ghorfa tac-cena qed issir fuq disinn kompletament gdid. Ic-Cena mistennija tiftah nhar Hadd il-Palm. Aktar dettalji dwar hinijiet jidhru aktar 'il quddiem.

05-03-03
Laqgha tal-Guvintur is-Sibt li gej.
Il-laqgha tal-guvintur ser issir nhar is-Sibt li gej, 8 ta' Marzu. Il-hin ikun fis-7.15p.m. Nheggu lill-guvintur kollha sabiex jattendu ghal din il-laqgha mensili u jhajru ohrajn jinghaqdu maghhom.


Harga ohra tal-Hbieb Isejhu
Il-harga ta' Marzu tal-"Hbieb Isejhu" ghadha kemm tqassmet din il-gimgha. Dawk li ma jircevux kopja ta' din ir-rivista jistghu jarawha online fuq www.june29th.com/hbiebisejhu jew inkella jikklikkjaw fuq il-Hbieb Isejhu fuq ix-xellug ta' din il-pagna bhala link ghal din il-webpage.

24-02-03
Ritratti ta' l-Sports Day
Zidna xi ritratti mehuda waqt l-sports day li saret il-Hadd 23 ta Frar. Ir-Ritratti jinsabu hawn

23-02-03
Il-Video "Tama li Rebhet"
Navzaw lil dawk kollha li ordnaw il-video "Tama li Rebhet" li dawn issa waslu f'idejna u jistghu jinkisbu mill-Qasam taghna ghall-prezz the LM5. Min jixtieq jordna kopja ta' dan il-video - migbud mis-Citadel Video Communications jista' jikkuntattja lil xi wiehed mill-membri jew inkella mill-Qasam stess. Naccettaw ukoll ordnijiet minn fuq l-internet.


Sports Day fil-Museum
Il-Hadd 23 ta' Frar sar Sports Day fil-ground tal-Museum tas-Subien ghat-tfal kollha minn Year 3 sa Form 5. Kien hemm konkorrenza kbira ghal din l-isports day sew miz-zghar kif ukoll mill-kbar. Wara inghata snack lit-tfal kollha u saret ukoll premjazzjoni lir-rebbieha. L-Isports Day kien sponsorjat mill-Kunsill Lokali Nadur u l-medalji tqassmu mill-Vici Sindku Ms Miriam Portelli.


Laqgha taz-Zghazagh Posposta ghal gimgha wara
Il-laqgha taz-Zghazagh li s-soltu ssir kull l-ewwel Sibt tax-xahar mhix ser issir is-Sibt 1 ta' Marzu imma s-Sibt ta' wara 8 ta' Marzu minhabba l-Karnival. Il-laqgha tibda bhas-soltu fis-7.15p.m.

16-2-03
Tinghata bidu ghac-Cena Tas-Sinjur
Ix-xoghol marbut mal-Mejda ta' l-Appostli, maghrufa ahjar bhala c-Cena tas-Sinjur Gesu' beda. Anke din is-sena l-ghorfa tac-Cena ser issir fuq disinn kompletament gdid, xi haga sinonima mal-Mejda ta' l-Appostli fin-Nadur. Ta' min jghid li din il- Wirja saret popolari hafna ma' l-Ghawdxin u anke mal-Maltin. Tinfetah nhar Hadd il-Palm u tibqa' miftuha sal-Gimgha l-Kbira fil-ghaxija.


Jitkompla x-xoghol fil-progett tal-Kappella
Inghata bidu ghat-tielet u l-ahhar fazi fix-xoghol tal-Kappella fejn qed titkompla l-parti tan-naha ta' l-artal. Dan ix-xoghol jikkonsisti f'xoghol marbut ma' cinta li ser iddur dawramejt mal-koppla li minnha jinxteghel id-dawl kemm l-isfel kif ukoll 'il fuq b'effett ta' uplighting li jikkomplimenta sew mal-bqija tad-dawl tal-Kappella/Sala. Ix-xoghol ghandu jitlesta sa l-ahhar ta' Marzu.

02-2-03
Cd's u Videos tal-Musical "Tama li Rebhet"
Cd's u Videos tal-Musical "Tama li Rebhet" jinsabu ghall-bejgh mill-Qasam taghna. Is-CD li gie rrekordjat fl-istudio taghna jigbor fihj l-ghanjiet kollha ta' dan il-musical u jiswa Lm4. Il-Video ttiehed fis-Sala Ninu Cremona u ingbided mis-Citadel Video Communications taht id-direzzjoni ta' Alvin Sciciluna. Jista' jinkiseb ukoll mill-Qasam taghna ghall-prezz ta' Lm5.


Il-Play Marcellino Pane e Vino.
Ghall-Ghid ta' din is-sena, ser tittella' l-Play "Marcellino Pan y Vino". Din kienet ittellghet ghall-ewwel darba fis-sena 1986 u hija l-ewwel revival li ser issir minn mindu bdiet tintuza s-Sala l-gdida fl-1985. Id-direzzjoni hija f'idejn Peter Paul Portelli u l-parti ta' Marcellino ser tkun afdata f'idejn Vincent Meilak li diga' hadem f'diversi musicals li l-Qasam taghna tella' matul is-snin. Iktar dettalji jinghataw aktar 'il quddiem.

01-2-03
X'Ghadda minn ghalina.
Il-Milied igib mieghu bosta attivitajiet mhux biss ghat-tfal li jattendu l-qasam imma wkoll genituri, hbieb u benefatturi li jikkonkorru bi hgarhom ghal dawn l-istediniet.


Iffilmjar ghat-TV
Nhar is-7 ta' Dicembru sar l-iffilmjar ta' xeni mill-Musical "Tama li Rebhet" li ittella' ghall-Milied ta' din is-sena. Sar ukoll feature fuq il-kor tal-Qasam. Dawn iz-zewg sekwenzi dehru fuq il-Programmi "Zmeraldi" u "Ghawdex Illum" fil-granet ta' wara.


Tizjin fil-Qasam
Bhal kull sena l-qasam gie mzejjen b'mod sabih ghall-granet tal-Milied. Hawn wiehed jista' jara l-kuritur mzejjen fuq stil li jfakkarna fi zmien Dickens u l-grajja ta' Scrooge.


Zjara tal-President.
It-Tnejn 16 ta' Dicembru kellna zjara mill-President tar-Repubblika L-Ecc T. Profs. Guido de Marco li attenda ghall-quddiesa tal-Community Chest Fund fil-parrocca. Il-President kellu kliem ta' fohrija ghall-qasam kif ukoll ghas-socjeta' fl-apostolat taghha.


"Tama li Rebhet"
Il-Musical "Tama li Rebhet" ittellghat ghall-ewwel darba fil-Programm tal-Knisja nhar il-25 ta' Dicembru quddiem knisja ppakkjata bin-nies. Din regghet ittellghet il-Gimgha 27 ta' Dicembru fis-Sala tal-Museum. Il-Musical kellu kast ta' 50 persuna. Muzika ta' Antoine Theuma, kliem ta' Joe Camilleri u direzzjoni ta' Mark Azzopardi.


Parties
Ma jonqosx li fil-jiem ta' wara l-Milied ikollna wkoll il-parties ghat-tfal kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja.


Il-Premjazzjoni.
Fil-qasam taghna isiru 2 premjazzjonijiet, tal-primarja li saret nhar it-23 ta' Dicembru u tal-kbar li saret nhar l-ewwel tas-Sena. Ghal din ic-cerimonja kien mistieden ukoll l-Arcipriet tal-Parrocca.


"Kull Qalb Trid Ohra" fuq TVM
Bhas-snin l-imghoddija anke din is-sena ttellghet produzzjoni tal-Museum fuq it-TV statali. Din kienet il-Play "Kull Qalb Trid Ohra" kitba ta' Anton Mercieca u direzzjoni ta' Mark Azzopardi.


"Tama li Rebhet" fir-Rabat Ghawdex
Il-Musical rega' ittella' nhar l-ewwel tas-sena fis-Sala Ninu Cremona gewwa r-Rabat Ghawdex. Kellna full house. Fil-jiem ta' wara il-musical gie iffilmjat biex jintwera fuq it-TV ghall-Milied li gej.


Il-Farsa ta' Spiru
Bhal kull sena il-farsa ta' Spiru gibdet hafna nies. Din is-sena kienet iggib l-isem "Spiru u l-Maratona tac-Centinarju". Saret 4 darbiet.



Pagni li nbidlu ricenti

Merhba    (24-02-03)
Publikazzjonijiet    (16-02-03)
Palk/Musicals    (16-02-03)