DAĦLA Is-Soċjetá Storika Maltija twaqqfet fis-sena 1950 u bdiet tippublika ir-Rivista tagħha Melita Historica fl-1952. L-għanijiet tas-Soċjetá ġew ippubblikati bħala t-tieni artiklu fl-istatut tas-Soċjetá li deher fil-ħarġa tal-1963 tal-Melita Historica: Għanijiet 1. L-għanijiet tas-Soċjeta’ ikunu l-istudju fuq l-iStorja ta’ Malta, ix-xandir ta’ tagħlim fuq l-iStorja, u l-ħarsien tal-Wirt Storiku Malti. 2. L-istudju fuq l-iStorja ta’ Malta jseħħ l-aktar billi:- a a) isir indiċi ta’ l-arkivji lokali b) isiru katalogi ta’ dokumenti fuq l-iStorja ta’ Malta li jinsabu f’arkivji barra minn dawn il-gżejjer tagħna c) jinġabru u jkunu pubblikati iskrizzjonijiet, dokumenti ekklesjastiċi u ċivili li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iStorja ta’ Malta d) isiru katalogi ta’ manuskritti dwar l-iStorja ta’ Malta e) tinġema’ bibljografija kompluta ta’ pubblikazzjonijiet ta’ interess lokali. 3. Is-Soċjeta’ tindaħal biex tippubblika xogħlijiet ta’ riċerka fuq l-iStorja ta’ Malta. 4. Is-Soċjeta’ torganizza konferenzi u laqgħat ta’ studju fuq Metodoloġija Storika u fuq aspetti ta’ l-Istorja ta’ Malta.
|
Ewlenija | Daħla | Kumitat | Pubblikazzjonijiet | Kollegamenti | Tagħrif | Tagħrif għall-Kittieba | Web-Master
|