|
|
|
Kunċerti ta' Moussé Ndiaye u Renzo Spiteri | ||
Applika ghall-Workshops ta' Perkussjoni ma' Moussé Ndiaye |
||
Ritmi - The Concert - Biljetti - Kuncert - Workshops ta' Perkussjoni |
||
Moussé
Ndiaye daqq ma’ mużiċisti u gruppi ta' fama internazzjonali bħal Youssou
Ndour Iż-żjara ta’ Moussé Ndiaye tagħlaq bi tliet kunċerti li se jagħti flimkien mal-perkussjonista ewlieni Malti, Renzo Spiteri, nhar il-Ġimgħa 1, is-Sibt 2, u l-Ħadd 3 ta’ Marzu, 2002, fit-teatru ta' l-MITP, fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta, fil-bini ta' l-Università l-Qadima. Fil-kunċert se jieħdu sehem ukoll il-kitarrist Jesmond Psaila u l-bassist André Micallef. Din hija l-ewwel darba li se jsir kunċert ta' din
ix-xorta f'Malta. Renzo Spiteri huwa d-direttur mużikali
tal-proġett “Ritmi” u qed jagħmel sensiela ta’
drum circle workshops għall-pubbliku, ibbażati fuq il-djembe
(fir-ritratt), li ntlaqgħu tajjeb ħafna. Dawn l-attivitajiet huma parti mill-proġett “Ritmi”
tal-Grupp għat-Tielet Dinja, proġett maħsub biex
jiġbor il-fondi għall-proġetti tal-Grupp b’mod kreattiv u
innovattiv. L-għan l-ieħor ta’ dawn l-inizjattivi huwa li
l-pubbliku jkollu l-opportunità jiltaqa’ mal-wirt għani
tal-kultura tal-Punent ta' l-Afrika u tal-“griot”, kultura li tara
l-mużika mhux biss bħala divertiment jew arti, imma bħala
mod ta’ ħajja. Moussé Ndiaye daqq f’diversi pajjiżi fl-Ewropa u
għallem il-mużika f'għadd ta' istituzzjonijiet importanti,
fosthom l-Università ta’ Ħelsinki. Fil-Finlandja waqqaf għadd
ta’ gruppi madwar il-pajjiż fi ħdan “Federation of Hope”. Moussé Ndiaye kien ġie Malta għal ġimgħa
f’Marzu ta’ l-1999 (ara r-ritratt meħud l-Università) biex jieħu
sehem f’Ġimgħa Afrikana
li kienet ġiet organizzata fl-Università ta’ Malta. Il-ħidma
tiegħu f’Malta tant ġiet apprezzata illi did-darba nħasset il-ħtieġa li
jinġieb Malta għal ħmistax. Il-workshops ta' perkussjoni se jingħataw fil-ġranet li ġejjin. Dawk li huma interessati jistgħu jiktbu minnufih lil ritmi2002@yahoo.co.uk jew iċemplu l-ħanut ta’ kummerċ ġust L-Arka ta’ 306, Triq san Pawl il-Belt Valletta fuq 21244865. L-applikazzjonijiet għall-workshops u l-biljetti għall-kunċerti jistgħu jinkisbu mill-ħanut L-Arka jew minn għadd ta' postijiet oħra. F’din
l-inizjattiva il-Grupp għat-Tielet Dinja sab
l-appoġġ tal-ħanut L-Arka, tal-kulleġġi ta’ De La Salle
u St. Martin, taċ-Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier
ta’ San Ġakbu, tal-Koperattiva Kulturali Universitarja,
tas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, tal-Maltacom,
u tas-Sedqa, l-aġenzija
li taħdem kontra l-abbuż mid-droga u l-alkoħol. Adrian Grima Is-26 ta’ Frar, 2002 |
||
Renzo Spiteri |
||
"Our feelings and behaviours towards life develop as a result of what happens constantly to us and around us. It is said that our dreams, visions and feelings are what makes us human. Unfortunately in our Western civilised culture, since our childhood, we are continuously trained to hide them." Eric Edmond Van Monckhoven |
||
|
||
"Rhythm
is everywhere around me, in the way people move and speak; in the swaying
of a baby in his mother’s arms; in the sound of an idle engine; in the
clapping of an audience chanting an encore; in the farmer tilling the
field on an early morning. Renzo Spiteri |
||
Il-Protagonisti |
Moussé Ndiaye f'Malta |
|
Kunċerti ma' Renzo Spiteri | Rosetta dwar Moussé | |
Biljetti għall-Kunċerti | Workshops Pubbliċi għall-Kbar | |
Moussé dwar iż-Żjara f’Malta | Applika għall-Workshops | |
Sakhir Diop |
Moussé Ndiaye f'Malta, 1999 | Workshops fl-Iskejjel |
Rosetta De Battista Interviewed | ||
Il-Proġett "Ritmi" |
||
Il-Proġett Ritmi fil-Qosor | Drum Workshops ma' Renzo | |
L-Għanijiet tal-Proġett | Kummenti dwar il-Workshops | |
Rhythms for Life - Approvat! | The Times dwar il-Workshops | |
Djembe Production in Ghana | ||
Sħab fil-Proġett |
Marguerite Agius f' Verona | What is Rhythm to Me (Renzo) |
Grupp ghat-Tielet Dinja |
Fl-Isfond |
|
Koperattiva Kummerc Gust | Rhythm | |
Strumenti mill-Arka | Renzo's 2000 Rhythms | |
Renzo's Percussion Extravaganza | ||
Venerable Profession | ||
![]() |
Griots of Africa & Beyond | |
The Griot & Literature | ||
|